Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Pole Position fl-Olanda

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ RedBull Racing Max Verstappen rebaħ il-Pole Position fl-Olanda b’ħin ta’ 1:08.885 fiċ-ċirkwit ta’ Zandvoort. Fit-tieni post temm Lewis Hamilton segwit minn sieħbu ta’ Mercedes Valteri Bottas li se jibda mit-tielet post. Fir-raba’ post se jibda Pierre Gasly segwit minn Charles Leclerc u Carlos Sainz ta’ Ferrari. Antonio Giovainzzi se jibda fis-seba’ post, b’Esteban Ocon u Fernando Alonso ta’ Alpine se jibdew mit-tmien u d-disa’ post rispettivament. Daniel Ricciardo ta’ McClaren se jibda mill-għaxar post.

Ikkummenta