Il-ġimgħa d-dieħla, 25 voluntier mill-grupp Caminiamo se jkunu qed jagħmlu pellegrinaġġ f’Camino de Santiago, fi Spanja li jikkonsisti f’madwar 265 kilometru u mistennija jlestuh f’għaxart ijiem.
Dan kollu se jseħħ bl-għan li jiġbru donazzjonijiet b’risq l-entità tal-Knisja Fondazzjoni Sebħ, biex tkun tista’ tiftaħ ċentru terapewtiku f’Santa Venera li se jgħin lit-tfal, l-adolexxenti u n-nisa li joqgħodu f’waħda mir-residenzi tal-fondazzjoni.
Il-motto tal-pellegrinaġġ ta’ din is-sena hu ‘Kull Pass Jgħodd’ b’riferiment għall-mixja nnifisha kif ukoll għal kull pass żgħir ’il quddiem li jsir waqt it-terapija. Il-mixja-pellegrinaġġ bdiet b’quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, fil-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem fix-Xemxija, u li għaliha attendew il-parteċipant li fl-10 ta’ Settembru li ġej se jibdew il-vjaġġ lejn Spanja.
Fondazzjoni Sebħ tmexxi erbat idjar residenzjali għal tfal u żgħażagħ u toffrilhom ambjent sigur ta’ trobbija u ta’ mħabba. Fondazzjoni Sebħ tmexxi wkoll xelter tat-tieni stadju li ġie inawgurat f’Mejju li għadda u li qed jilqa’ nisa u lil uliedhom li esperjenzaw xi tip ta’ vjolenza, fosthom vjolenza domestika, traffikar tal-bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat. Il-fondazzjoni toffri wkoll servizz ta’ ħidma soċjali ta’ prevenzjoni u sapport fil-komunità fil-Ħamrun u l-Marsa.
Kull min jixtieq jgħin lil Fondazzjoni Sebħ jista’ jibgħat imejl fuq info@sebh.mt jew iċempel fuq 2247 0900.
L-Isqof Awżiljarju iċċelebra quddiesa bis-sehem tal-grupp Caminiamo, fil-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija – 29/08/21Aktar ritratti: knisja.mt/ritrratti L-Isqof Awżiljarju iċċelebra quddiesa bis-sehem tal-grupp Caminiamo, fil-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija – 29/08/21Aktar ritratti: knisja.mt/ritrratti L-Isqof Awżiljarju iċċelebra quddiesa bis-sehem tal-grupp Caminiamo, fil-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija – 29/08/21Aktar ritratti: knisja.mt/ritrratti
Ritratti: Kurja
//= $special ?>