Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka eliminata mill-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

It-tennista Ġappuniża-Amerikana Naomi Osaka ħabbret li se tkun qed tieħu waqfa indefinita mit-tennis wara l-eliminazzjoni tagħha fl-Open tal-Istati Uniti. Hija kienet eliminata fit-tielet round minn Leylah Fernandez 5-7 7-6 6-4. Osaka rtirat mill-Open ta’ Franza aktar kmieni din is-sena minħabba s-saħħa mentali tagħha. Osaka ma pparteiċipatx f’ Wimbledon filwaqt li kienet eliminata mill-Olimpjadi f’Tokjo. Wara l-partita tagħha fl-Istati Uniti Osaka, mbikkma, qalet li se tkun qed tieħu waqfa mill-isport biex tevalwa dak li trid tagħmel fl-isport u f’ħajjitha.