Ahamed Samsudeen huwa l-aggressur ta’ 32 sena li kkaġuna numru ta’ feriti fuq seba’ persuni f’supermarket fi New Zealand. Huwa nqatel mill-Pulizija ftit wara li wettaq dan l-attakk.
L-awtoritajiet qalu li l-aggressur kien ilu għal ġimgħat sħaħ jiġi osservat minn iktar minn 30 uffiċjal tal-Pulizija hekk kif kien meqjus bħala riskju għoli għas-soċjetà.
Samsudeen kien ilu jgħix fi New Zealand mill-2011, filwaqt li fis-snin ta’ wara kemm-il darba kellu akkużi kontrih fejn fost l-oħrajn kien qed iġorr skieken fuqu u saħansitra kellu fil-pussess tiegħu publikazzjonijiet estremisti.
Mill-2016 sal-jum tal-attakk, l-aggressur qatta’ tliet snin f’ħabs wara li nstab ħati ta’ numru ta’ akkużi. Hu ħareġ mill-ħabs f’Lulju li għadda fuq numru ta’ kundizzjonijiet.
Fatt interessanti hu li Samsudeen kellu paranojja fejn jidħlu l-kameras tas-sigurtà u għalhekk kien jagħmel minn kollox biex jevitahom.
//= $special ?>