Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 60 sena residenti l-Mosta sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11.30p.m. fi Triq il-Parroċċa, in-Naxxar meta seħħet ħabta bejn il-mutur tat-tip Peugeot Tweet misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.