Raġel ta’ 30 sena residenti r-Rabat Għawdex ingħata l-liberta proviżorja wara li kien akkużat li volontarjament ta nar vettura, għamel ħsara volontarja u li kien reċediv. Il-każ seħħ nhar l-1 ta’ Settembru fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-libertà proviżorja.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri quddiem il-Maġistrat Simone Grech.
//= $special ?>