Lokali

Ta’ età żgħira… appasjonat tal-festi Maltin

Is-Soċjetà ta’ San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ laqgħu lil Mattia Muscat fil-każin tagħhom wara li saru jafu li t-tifel hu appasjonat tal-festi Maltin.

Mattia ilu kollezzjonist tar-rivisti annwali li jippublikaw il-każini madwar Malta minn età żgħira. Kien għalhekk li s-Soċjetà, bħala rigal, tawh numru ta’ rivisti mis-snin passati, kif ukoll flokk tas-soċjetà.