Futbol Sport

Telfa minima għal Malta fis-Slovenja

(Ritratt: MFA)

SLOVENJA ……………….. 1

MALTA ………………….. 0

Slovenja: J.Oblak, P.Stojanovic, J.Bijol, M.Mevija, J.Balkovec, A.Gnezda, J.Kurtic, J.Mlakar (M.Zajc 61′), S.Lovric (J.Stankovic 70′), D.Bohar (D.Cmigoj 61′), B.Sesko (A.Sporar 70′)

Malta: H.Bonello, K.Shaw, E.Pepe, Z.Muscat, C.Attard, T.Caruana (S.Pisani 79′), T.Teuma, J.Corbolan (R.Camenzuli 46′), J.Mbong (L.Gambin 73′), S.Dimech (P.Mbong 58′), A.Satariano (L.Montebello 58′)

Referee: A.Triemanis

Assistenti Referees: H.Gudermanis, A.Spasjonnikovs

Penalty dubjuż kien deċiżiv għall-Isloveni hekk kif kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq it-tim Malti, fil-5 partita minn Grupp H fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia wettaq numru ta’ tibdiliet mir-rebħa ta’ 3-0 li kiseb it-tim Malti kontra Ċiptu fl-Istadium Nazzjonali. Fost il-plejers li introduċa f’din il-partita kien hemm Juan Corbolan, Sean DImech kif ukoll Alex Satariano, b’ Ryan Camenzuli, Paul Mbong u Luke Montebello jibdew il-partita fuq il-bank tas-sostituti.

Fl-ewwel taqsima il-partita kienet waħda kemxejn kajmana bl-unika azzjoni perikoluża tasal permezz ta’ Joseph Mbong, li x-xutt b’saħħtu mid-distanza tiegħu kien salvat b’diffikulta minn Jan Oblak, fejn żamm il-ballun fuq il-linja fit-tieni tentattiv biex jsalva l-konklużjoni ta’ Mbong. Minkejja dan, l-Islovenja marru fil-vantaġġ fil-45 minuta hekk kif ir-referee Andris Treimanis ordna penalty għal foul fil-kaxxa ta’ Enrico Pepe. Mill-ħdax-il metru Sandi Lovric ma żbaljax, bl-ewwel taqsima tintemm fi skor ta’ 1-0.

Fit-tieni taqsima it-tim Malti kompla jfittex il-gowl tad-draw bl-introduzzjoni ta’ bosta plejers sostituti. Fit-63 minuta Paul Mbong għadda lejn Luke Montebello li kkonkluda fil-lasta, liema gowl, madanakollu, kien mħassar għal offside. Fis-87 minuta Henry Bonello żamm lil Malta fil-partita, wara li salva penalty mogħti minn Andraz Sporar għal foul ta’ Cain Attard fil-kaxxa. Minkejja dan it-tim Malti ma rnexxielux jinfed id-difiża tas-Slovenja bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 1-0.

It-tim Malti issa jħares lejn il-partita ta’ nhar it-Tlieta kontra r-Russja għas-sitt partita minn Grupp H f’Moskow.