Lokali

Tkompli tinkixef il-qasma fil-Partit Laburista

Il-qasma li teżisti fi ħdan il-Partit Laburista tkompli tiddomina l-aħbarijiet, tant li issa anke l-President stess tal-Partit Laburista Ramona Attard ikkonfermat li teżisti din il-qasma u nuqqas ta’ qbil. B’kandidati, saħansitra, anke jużaw it-terminu “purċinell” biex jitgħajru pubblikament.  

Waqt il-programm tar-radju “Għandi Xi Ngħid” immexxi mill-Professur Andrew Azzopardi, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino semma diversi sitwazzjonijiet li seħħew fl-aħħar jiem u ġimgħat illi effettivament komplew jikxfu l-qasma li hemm fi ħdan il-Partit Laburista.

Meta mistoqsija dwar l-eks PM Joseph Muscat u l-intervista li kien ta lit-Times ftit tal-jiem ilu, il-President tal-Lejber spiċċat f’pożizzjoni li anke hi tiddefendih, billi talludi li dan hu kapitlu magħluq.

Ramona Attard qalet ukoll li ma taqbilx ma’ dak li qal il-Ministru Edward Zammit Lewis meta għajjar lil-Laburisti “ġaħan”, iżda fl-ebda ħin ma sejħitlu fl-uffiċċju tagħha biex twissih għall-aġir tiegħu –  konferma ċara li ma tridx taqbeż għal-Laburisti li ġew insulentati