Il-Ġeneral Nick Carter, li jmexxi lill-qawwiet armati tar-Renju Unit, irrikonoxxa l-iżbalji li saru fl-Afganistan qabel il-militanti Iżlamiċi tat-Taliban ħadu l-pajjiż f’idejhom mill-ġdid wara assenza ta’ 20 sena.
Carter qal li ‘kulħadd żbalja fil-kalkoli dwar kemm it-Talibani kellhom idumu biex jieħdu kmand tal-pajjiż’ – filwaqt li ammetta li kulħadd baqa’ sorpriż bil-veloċità tal-offensiva tat-Talibani li rnexxielhom jikkontrollaw il-pajjiż mingħajr il-ħtieġa li jiġġieldu ħafna battalji.
Meta staqsewh jekk is-servizzi sigrieti tal-militar ‘qrawx ħażin is-sitwazzjoni’, il-Ġeneral sostna li l-Gvern kien irċieva l-informazzjoni mingħand varjetà ta’ sorsi u mhux biss mingħand is-servizzi sigrieti inkwistjoni.
L-aħħar truppi Britanniċi u Amerikani ħallew l-Afganistan ġimgħa ilu fejn ikkonkludew snin twal ta’ kampanja militari f’dan il-pajjiż. Sadanittant, ma waqfitx il-kritika dwar kif il-Punent kellu jirtira lill-qawwiet tagħha mill-Afganistan fost id-domandi dwar kif it-Talibani setgħu jaħtfu lura l-pajjiż daqshekk malajr.
//= $special ?>