Il–Ministru responsabbli mill-vaċċini fl-Ingilterra, Nadhim Zahawi, ikkonferma li dan ix-xahar, fil-pajjiż, se jkunu realizzati l-pjani għall-introduzzjoni tal-vaccine passports fin-nightclubs u postijiet magħluqin oħra għal divertiment.
Zahawi qal li issa hu ż-żmiem ideali għall-introduzzjoni tal-passaporti peress li ċ-ċittadini kollha ta’ ‘il fuq minn 18-il sena se jilħqu jkunu offruti t-tilqima kontra l-Covid sal-aħħar ta’ Settembru.
Iżda l-iskema li tirrikjedi biex in-nies jippreżentaw provi li tlaqqmu kontra l-Covid spiċċat mira għal kritika mis-sidien ta’ diversi venues u minn xi deputati parlamentari Madankollu, Zahawi insista li dan il-pass għandu jaċċerta li l-ekonomija tibqa’ miftuħa f’sitwazzjoni li tibbenefika wkoll lill-industrija tad-divertiment.
Il-Ministru rrepeta li l-coronavirus kapaċi jinfirex sew qalb miġemgħa kbira ta’ nies waqt li rrefera għal kif il-klabbs tal-football tal-Premier League qed jitolbu lill-partitarji biex juru l-provi li ngħataw it-tilqima – b’dan il-pass jippermetti biex is-stadiums jilqgħu l-kapaċità massima tan-nies.
Madankollu, kelliema għan-Night Time Industries Association qalu li l-pjani għall-vaccine passports kapaċi jiswew ħażin lill-industrija tad-divertiment waqt li jwasslu għal sitwazzjoni fejn in-night clubs jispiċċaw suġġetti għal każi ta’ diskriminazzjoni.
Qed jopponu għall-pjani, intant, xi deputati Konservattivi mal-Covid Recovery Group, l-istess bħal-Liberali Demokratiċi, li l-kap tagħhom, Ed Davey, fisser lill-istess pjani bħala ‘diviżivi u miżuri li ma jaħdmux’.
Dan wara li l-Iskozja ħabbret li l-vaccine passports, minn dan ix-xahar, se jkunu meħtieġa biex in-nies jidħlu fin-nightclubs u jattendu l-avvenimenti tal-massa.
.
//= $special ?>