Raġel, li ismu ma jistax jixxandar wara divjet b’ordni mill-Qorti, inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’frodi u ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, id-Difiża argumentat li l-imputat għandu l-vizzju tad-droga u għamel snin twal quddiem il-Qrati minħabba dan il-vizzju.
Id-Difiża kompliet li l-akkużat hu vitma tad-dipendenza tiegħu fuq id-droga u li saħansitra qeleb għad-droga minħabba li m’għandux xogħol.
Madankollu, il-Qorti rrifjutat it-talba għall-ħelsien, hekk kif qalet li ma temminx li l-akkużat jiddispjaċih tassew għall-azzjonijiet tiegħu u lest li jieħu passi biex jegħleb id-dipendenza li għandu fuq id-droga.
//= $special ?>