F’survey li ġie ppubblikat il-Ħadd fil-gazzetta Malta Today, ġie kkonfermat dak li ħareġ fl-istħarrig tat-Times il-ġimgħa li għaddiet. Din hija xejra pożittiva għall-PN li issa ilha tidher għal diversi xhur, inkluż mis-survey ta’ Newsbook.
Aktar minn hekk…..l-istħarriġ tal-MaltaToday juri biċ-ċar li l-fiduċja f’Bernard Grech hija id-doppju minn dik li wera s-survey tat-Times of Malta.
Il-Partiti jinsabu ras imb’ras fejn jidħlu żgħażagħ ta’ eta’ bejn is-16 u t-30 sena …..u l-Partit Nazzjonalista għandu maġġoranza f’dawk li għandhom 65 sena u aktar, kif ukoll dawk in-nies li għandhom edukazzjoni terzjarja.
Ma’ kull ġurnata li qed tgħaddi, il-Partit Nazzjonalista qed jissaħħaħ…u jsaħħaħ dejjem aktar il-messaġġ tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista qed ikun ukoll proattiv mill-oppożizzjoni, u jmexxi ‘l quddiem il-bidla li tant hi mixtieqa f’pajjizna.
//= $special ?>