Aktar kmieni din is-sena, Sarah Harding żvelat ukoll li hi kienet infurmata mit-tobba li ma kellhiex tgħix sal-Milied –, bil-mewt tal-kantanta titħabbar minn ommha fuq Instagram….Ma setax jonqos li l-aħbar iġġenerat diversi stqarrijiet ta’ niket minn uħud mill-akbar ismijiet fil-kamp mużikali u b’mod partikulari minn sħab il-kantanta fil-grupp Girls Aloud.
Harding kienet saret famuża fl-2002 bħala kuntestanta fuq it-talent show tal-ITV bl-isem Popstars: The Rivals. Dan fi żmien meta kienet għaddejja tfittxija għal boy band u girl band ġodda b’appell popolari għad-dilettanti tal-mużika fir-Renju Unit. Hi kienet waslet sal-finali u saħansitra kkonfermat postha fi grupp li aktar tard sar magħruf madwar id-dinja bħala Girls Aloud, flimkien mal-kollegi Nicola Roberts, Nadine Coyle, Kimberley Walsh u Cheryl Tweedy –b’talaħħar tibdel kunjoma għal Cole wara li hi iżżewwġet lill-eks plejer tal-futbol Ashley Cole.
Intant, Girls Aloud huma l-aktar girl group li biegħu diski fir-Renju Unit matul is-seklu 21 u fejn irnexxielhom ibiegħu 4.3 miljun single u mal-erba’ miljun album. Il-grupp kellu 21 kanzunetta li daħlu fit-Top 10 tar-Renju Unit bejn l-2002 u l-2010 — b’erba’ minn dawn il-kanzunetti jilħqu l-quċċata tal-klassifiki tal-mużika popolari,.
L-aktar kanzunetti famużi ta’ Girls Aloud huma The Promise, Sound of the Underground, Love Machine, Jump u Call the Shots
//= $special ?>