Globalment, 5 biljun persuna m’għandhomx aċċess għal kirurġija sigura. Dawn il-vapuri propju jintużaw biex jikkumbattu din l-istatistika. Peress li ’l fuq minn 50% tal-popolazzjoni tad-dinja tgħix ħdejn kosta, il-vapuri huma l-aħjar mod biex tilħaqhom b’kura medika l-aktar avvanzata.
Waqt din iż-żjara ta’ wieħed mill-vapuri tal-flotta tal-għaqda Mercy Ships ġiet mitkellma ir-rabta speċjali li għandha l-Għaqda ma’ pajjiżna propju għax l-ewwel vapur tagħhom ġie rreġistrat f’pajjiżna.
Jim Paterson stqarr li “Hekk kif Global Mercy hija rreġistrata f’Malta, Mercy Ships xtaqu jagħmlu din il-waqfa ta’ korteżija”
Paterson tkellem waqt avveniment li sar f’Boiler Wharf fl-Isla… il-Ħamis 2 ta’ Settembru, wara li l-vapur daħal fil-Port il-Kbir kmieni filgħodu u minn fejn telaq fl-istess ġurnata.
//= $special ?>