Formula 1 Sport

Verstappen jirbaħ il-GP f’pajjiżu stess

Verstappen rebbieħ tal-GP fl-Olanda

Fl-Olanda, illum sar it-13-il Gran Prix tal-istaġun mill-kalendarju tal-Formula 1, fiċ-ċirkwit ta’ Zandvoort. Ir-rebbieħ kien Max Verstappen fuq Red Bull Racing Honda hekk kif fit-tellieqa tal-lum, hu għeleb l-isfida ta’ Lewis Hamilton fuq Mercedes. Fit-tielet post daħal is-sewwieq l-ieħor tal-Mercedes, Valtteri Bottas

Għal Verstappen, ir-rebħa tal-lum kienet is-seba’ waħda tal-istaġun u b’din ir-rebħa, f’pajjiżu stess, issa hu għandu tliet punti vantaġġ fuq Hamilton, fil-klassifika ġenerali tas-sewwieqa.