Internazzjonali

Belarus: Sentenzi ta’ ħabs għal membri tal-Oppożizzjoni

Belarus' opposition activists Maria Kolesnikova, right, and Maxim Znak attend a court hearing in Minsk, Belarus, Monday, Sept. 6, 2021. A court in Belarus on Monday sentenced two leading opposition activists to lengthy prison terms, the latest move in the relentless crackdown Belarusian authorities unleashed on dissent in the wake of last year's months-long anti-government protests. Maria Kolesnikova, a top member of the opposition Coordination Council, has been in custody since her arrest last September. A court in Minsk found her guilty of conspiring to seize power, creating an extremist organization and calling for actions damaging state security and sentenced her to 11 years in prison. Znak was sentenced to 10 years in prison. (Ramil Nasibulin/BelTA pool photo via AP)

Żewġ personalitajiet ewlenin tal-Oppożizzjoni li sfidaw il-leġittimità tal-aħħar elezzjoni Presidenzjali fil-Belarus ingħataw sentenzi ta’ ħabs ‘talli ppruvaw jheddu lis-sigurtà nazzjonali u jaħtfu l-poter’.

Maria Kolesnikova, li organizzat il-protesti kontra l-Gvern tal-President tal-Belarus Alexander Lukashenko, intbagħtet il-ħabs għal 11-il sena waqt li l-avukat Maxim Znak kien ikkundannat għal għaxar snin priġunerija.

Huma t-tnejn kienu membri ta’ kunsill tal-oppożizzjoni wara li l-President Lukashenko – li ilu fil-poter mill-1994 – insista li kien rebaħ l-elezzjoni polemikuża tal-2020 għall-Presidenza. Intant, il-proeskuturi akkużaw lill-kunsill inkwistjoni dwar ‘attentat għal kolp ta’ stat’, bil-qorti ta’ Minsk issib lil Kolesnikova u Znak ħatja dwar ‘estremiżmu’ u ‘reati kontra l-Istat.

Intant, l-imputati qed jiċħdu għall-akkużi u qed ifissru l-proċess tal-qorti bħala eżerċizzju qarrieqi. L-avukati tagħhom, intant, qalu li se jappellaw kontra l-verdett tal-qorti.

Il-poplu tal-Belarus ilu x-xhur jipprotesta kontra r-riżultat tal-vot għall-Presidenza li kien sar f’Awwissu tal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u r-Renju Unit irreferew għall-elezzjoni bħala waħda ‘nieqsa mill-bilanċ jew proċeduri xierqa.’

Min-naħa tiegħu, Lukashenko qed jagħmel minn kollox biex iwaqqaf id-dissens, b’eluf ta’ dimostranti jispiċċaw imsawwtin u mitfugħin il-ħabs, u b’diversi politiċi tal-Oppożizzjoni jispiċċaw jgħixu f’eżilju barra l-pajjiż.