Lokali

Ikel provdut lil aktar minn 2,000 persuna

Kienu 2,111 il-persuni li b’mod individwali, għamlu użu mis-servizz tal-ikel provdut minn Fondazzjoni Dar il-Hena fuq medda ta’ erba’ snin. L-eta’ medja tal-individwi li rrikorrew ghall-ghajnuna, kienet dik ta’ 39 sena.

Dawn l-individwi ġew referuti għas-servizz tal-ikel li jinghata minn Dar Papa Frangisku minn aġenziji diversi, fosthom l-Aġenzija Appoġġ. Il-Fondazzjoni, li fi ħdanha għandha zewg xelters ta’ emerġenza, Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores, u xelter li jilqa’ fih kemm individwi u anke familji ghal perjodi itwal ta’zmien, tat l-għajnuna lill-1,126 individwu fuq perjodu ta’ erba’ snin, inklużi tfal u familji. Dawn l-individwi gew referuti għas-servizzi tal-Fondazzjoni minn aġenziji lokali bhal ma hi l-Aġenzija Appoġġ u minn Caritas Malta fost oħrajn.

Fost dawn l-individwi kien hemm 30% li waqfu juzaw is-servizzi tal-Fondazzjoni, 13% li rnexxielhom jikru, 11% li imxew ghal akkomodazzjoni f’xelters ohrajn, 9% li marru lura għand il-familja taghhom jew ħbieb, 3% li marru lura f’pajjiżhom, u 2% li bbenefikaw minn skemi tal-Awtorita’ tad-Djar.

Waqt konferenza tal-ahbarijiet, id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt semma’ kif dan il-mudell li jinkludi lill-istat u lill-Fondazzjoni Alfred Mizzi kien esperjenza ta’ suċċess…. hekk inghatat ghajnuna lil nies li qeghdin f’sitwazzjoni prekarja hafna.

Julian Sammut, f’isem l-Alf Mizzi Foundation stqarr li dawn il-ħames snin ta’ ħidma kienu ta’sodisfazzjon għaliex sar hafna ġid. Huwa żied jgħid li wara n-numri li qed jissemmew…. hemm nies fil-bżonn, li jsofru wkoll mis-solitudni.

Tags