Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-FIFA tesprimi dispjaċir għal dak li ġara fil-partita bejn il-Brażil u l-Arġentina

(Ritratt: EPA)

Il-FIFA esprimiet id-dispjaċir tagħha għal dak li ġara fil-partita bejn il-Brażil u l-Arġentina wara li b’dak li seħħ waqqaf lil miljuni ta’ partitarji milli jsegwu din il-partita.

Il-partita bejn il-Brażil u l-Arġentina kellha titwaqqaf wara li pulizija u persuni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Brażiljani, daħlu biex iwaqqfu l-partita hekk kif numru ta’ players tal-Arġentina kisru r-regoli tal-kwarantina.

Il-FIFA qalet li wara li rċiviet ir-rapport mingħand ir-referees se tkun qed tanalizza dak li seħħ u wara tieħu deċiżjoni. Skond ir-regoli tal-Brażil, persuni li kienu fl-Ingilterra 14-il ġurnata qabel ma’ daħlu l-Brażi iridu josservaw 14-il jum ta’ kwarantina.

Il-players tal-Arġentina, Emiliano Buendia, Emiliano Martinez, Giovani Lo Celso u Cristian Romero kollha bdew din il-partita, bl-awtorità tas-saħħa tal-Brażil qalet li l-players provdew informazzjoni falza.