Is-sena 2020 kienet sena li offriet diversi sfidi għal kulħadd speċjalment fuq persuni vulnerabbli li kellhom bżonn aktar protezzjoni minn qatt qabel… sena li pero ma qatatx qalb l-Aġenzija Sapport u l-ħidma bla waqfien li din l-aġenzija twettaq ta’ kuljum, kif jixhdu r-riżultati preżentati fir-rapport annwali.
Dawn ir-riżultati kienu preżentati lill-media waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mill-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport Ruth Sciberras.
Tul l-aħħar xhur din l-aġenzija nediet diversi servizzi ġodda fosthom il-helpline 153 illi fost l-oħrajn, intuża 591 darba bejn Novembru u Diċembru tal-2020.
Din l-aġenzija li twettaq ħidma kbira ma’ persuni b’diżabiltà nediet ukoll servizz ġdid bl-isem ta’ sharing lives fejn voluntiera mill-pubbliku jistgħu jgħinu fil-ħidma tal-Aġenzija sapport… servizz li gawdew minnu 67 persuna tul is-sena 2020.
Aġenzija Sapport qed tilqa’ lil kull min hu interessat biex jgħin f’din l-inizjattiva.
//= $special ?>