It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena għada se jkun qed jilgħab partita oħra mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej hekk kif wara r-rebħa ta’ 4-1 kontra l-Iralnda ta’ Fuq, Malta issa tilgħab kontra r-Russja.
Fl-aħħar partita tagħhom, ir-Russja kien megħluba 4-1 minn Spanja. F’kummenti lejliet il-partita, il-kowċ Gilbert Agius qal li din il-partita se tkun differenti minn dik kontra l-Irlanda ta’ Fuq minħabba numru ta’ fatturi fosthom it-temp. Fil-partita ta’ nhar il-Ġimgħa l-player Maltin lagħbu f’temperatura ta’ 35 grad celcius filwaqt li fir-Russja t-temperatura hija ta’ 5 gradi celcius.
Agius qal li dawn l-affarijiet minkejja li huma meqjusha żgħar, jistgħu jaffetwaw il-prestazzjoni tal-players. Agius żied jgħid li l-players ilhom iffukati fuq din il-partita minn nhar is-Sibt hekk kif iż-żagħżagħ Maltin ħallew pajjiżna l-Ħadd filgħodu bil-kowċ Maltin qed jittama li jirkupra wħud mill-players li weġġgħu fil-partita ta’ nhar il-Ġimgħa.
Fuq l-avversarji, Agius qal li huma avversarji b’saħħithom u qal li l-Maltin anazlizzaw lill-avversarji bl-aħjar mod possibli sabiex it-tim Malti jkun preparat bl-aħjar mod.
//= $special ?>