Ambjent Lokali

“In-natura hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna” – Bernard Grech

Il-PN irid iġib il-bidla fil-mod ta' kif aħna nħarsu lejn in-natura

In-natura hija parti essenzjali mill-ħajja tal-popli Malti u Għawdxi kollu għalhekk il-Partit Nazzjonalista jrid iġib bidla anke fil-mod ta’ kif wieħed iħares lejn in-natura.

Sostna dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Patit Nazzjoanlista Bernard Grech meta t-Tnejn filgħodu għamel żjara fil-Park tal-Majjistral fil-Manikata.

Mal-wasla tiegħu huwa ntlaqa’ mill-President ta’ Nature Trust Vincent Attard, Martin Galea President tal-Heritage Park Federation u minn Darren Saliba site manager ta’ dan il-park. Bernard Grech tkellem dwar il-ħidma prezzjuża li ssir minn dawn in-nies sabiex ikun konservat il-wirt naturali ta’ pajjiżna. Dan anke fid-dawl li iktar ma jgħaddi ż-żmien l-art qed issir riżorsa li kulħadd irid jibniha. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista minn dejjem saħaq li għandu jkun hemm bilanċ.

F’dan il-park nazzjonali ssir presevazzjoni ta’ flora u fawna Maltija kif ukoll koonservazzjoni ta’ diversi siġar li jeżistu fil-Park tal-Majjistral.

Bernard Grech qal li l-familji Maltin u Għawdxin għandu jkollhom iktar parks bħal dawn fejn ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom. Dan għaliex il-ħin ta’ mistrieħ huwa parti integrali li jgħin fis-saħħa mentali.

Huma laqgħu b’sodisfazzjon l-proposti għal dan is-settur li ressaq il-Partit Nazzjonalista ftit tal-jiem ilu. Sett ta’ 7 proposti għas-settur ambjentali kif ukoll għall-bidla fil-klima… fosthom proposti għal spazji aktar miftuħa u ħodor kif ukoll ir-riġenerazzjoni tal-ambjent naturali, rurali u urban ta’ pajjiżna. Proposti li ssawru permezz tal-cluster tal-ambjent fi ħdan il-PN.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-politika ambjentali Robert Cutajar kif ukoll Gabriel MIcallef u l-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali Giorgio Schembri li jiffurmaw parti mill-cluster tal-ambjent