Ingliż ta’ 61 qed isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45pm hekk kif minn stħarriġ tal-pulizija deher li ttajjar minn vettura tat-tip Jaguar misjuqa ta’ 52 sena residenti l-Imsida.
L-Ingliż ingħata l-ewwel assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>