It-tiġdid li għaddej fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qed iħalli l-frott tiegħu. Xhieda ta’ dan hija l-website l-ġdida li ġiet imnedija ftit tal-jiem ilu – kunilbidla.com. Website li permezz tagħha l-pubbliku jista’ jkollu vuċi fil-politika tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif il-politika tal-Partit Nazzjonalista hija djalogu kontinwu mal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Meta wieħed jikkompara l-ewwel ħamest ijiem ta’ Settembru max-xahar ta’ Awwissu jinnota żieda sostanzjali fl-ammont ta’ persuni li żaru l-website tal-Patit Nazzjonalista. Dan juri żieda ta’ 2,000% fin-nies li daħlu f’dan is-sit.
Sabiex wieħed jgħaddi s-suġġerimenti tiegħu f’din il-website, irid joħloq account. Meta jinħoloq dan l-account, min irid ikun jista’ wkoll jagħmel donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista. Apparti dan wieħed ukoll jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet li se jkunu organizzati mill-Partit Nazzjonalista għall-festi tal-Indipendenza.

Dan is-sit jinkludi fih diversi sezzjonijiet oħra fosthom sezzjoni fejn wieħed isir jaf aktar il-kandidati li se jippreżentaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Kandidati li flimkien magħhom tissawwar l-aħjar politka għall-futur ta’ pajjiżna.

Apparti dan kollu hemm ukoll sezzjoni ta’ blog, mhux biss minn persuni esponenti tal-PN, iżda wkoll minn esperti u nies oħra li mhux parti mill-PN.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Partit Nazzjonalista nieda l-kampanja “Kun il-Bidla“, kampanja li permezz tagħha l-poplu Malti u Għawdxi jista’ jagħmel kuntatt bl-aktar mod faċli mal-Partit u jkun aktar parteċipi fit-tfassil tal-politika.
Din il-kampanja twaqqfet biex kull min mhux parti mill-PN, jingħaqad mal-Partit biex ikun jista’ jikkontribwixxi ħalli f’pajjiżna jkun hawn il-bidla li tant hi meħtieġa.
Intant, l-attività li jmiss bħala parti mill-programm tal-Festi tal-Indipendenza se ssir is-Sibt li ġej f’Għajnsielem Għawdex…bil-parteċipazzjoni tal-Kap tal-PN Bernard Grech.