Sport Sport Ieħor

It-tim nazzjonali femminili tal-Italja jirbaħ il-Kampjonati Ewropej tal-Volleyball

It-tim nazzjonali femminili tal-Italja tal-Volleyball, rebaħ il-Kampjonait Ewropej fejn fil-finali kontra s-Serbja rebħu 24-26, 25-22, 25-19, 25-11. Dan kien l-ewwel unur għall-Italja wara 12-il sena f’dan l-isport.

Fi Stark Arena, it-tim ta’ Davide Mazzanti affaċċja wieħed mill-aktar timijiet b’saħħithom f’dan l-isport, is-Serbja fejn anke rnexxielhom jikkontrollaw waħda mill-aktar players b’saħħithom f’dan l-isport Tijana Boskovic.

L-aktar player li kienet influwenti tal-Italja kienet Paola Egonu li skorjat 29 punt filwaqt li Miriam Sylla skorjat 20 punt.

Serbja: Rasic 12, Ognjenovic 3, Lazovic 2, Popovic 13, Boskovic 20, Milenkovic 4. Popovic (L). Busa. Non entrate: Caric, Mirkovic, Veljkovic, Bjelica, Blagojevic (L), Kocic.
Italja: Pietrini 13, Danesi 8, Egonu 29, Sylla 20, Chirichella 1, Orro. De Gennaro (L). Gennari, Malinov 2, Parrocchiale. Non entrate: Bonifacio, Nwakalor, Mazzaro, D’Odorico.