Internazzjonali

Iżrael: Tewmin uniċi jaraw lil xulxin għall-ewwel darba

Formerly siamese Israeli twins look at one another after having undergone rare separation surgery at Soroka Medical Centre, Beersheba September 5, 2021. The one-year-old girls, whose names were not released to media, were born with the rear parts of their heads conjoined. Soroka Medical Centre/Handout via REUTERS

Żewġt ibniet tewmin ta’ sena li kienu twieldu mwaħħlin ma’ xulxin minn rashom, sa fl-aħħar, jistgħu jħarsu lejn xulxin direttament wara li għaddew minn proċess kirurġiku mill-aktar delikat f’Iżrael.

L-aħħar rapporti qalu li l-ibniet Iżraeljani – li ma ssemmewx b’isimhom biex ikunu garantiti mill-privatezza —  qegħdin jirkupraw tajjeb wara l-operazzjoni.

Intant, numru ta’ kirurgi  ewlenin kellhom jaħdmu għal tnax-il siegħa konsekuttivi biex jisseparaw lit-tewmin u meta l-proċess kirurġiku kien l-ewwel ta’ dan it-tip f’Iżrael.

L-istess kirurgi fissru dan il-proċess bħala ‘wieħed ta’ ħajja jew mewt’ filwaqt li esprimew il-ferħ tremend tagħhom għall-fatt li t-tewmin, issa,mistennija jgħixu ħajja mill-aktar normali.