Sport Sport Ieħor

Jiġu fi tmiemhom l-Paraolimpjadi ta’ Tokjo

(Ritratt: EPA)

F’Ċerimonja tal-Għeluq mill-aktar ikkulurita wara tnax il-ġurnata ta’ kompetizzjoni, fl-Istadium Olimpiku ta’Tokjo intemm il-Logħob Paralimpiku.

Andrew Parsons President tal-Kumitat Paralipimku Internazzjonali ddikjara l-Logħob magħluq filwaqt li għamel riferenza għall-fatt li l-Logħob sar sena wara min kif ipprogrammat minħabba l-Covid-19, irrifera għal Logħob Paralimpiku bħala mhux biss bħala Edizzjoni Storika iżda Edizzjoni Fantastika.

F’din l-edizzjoni 86 pajjiż rebħu xi midalja fejn saħansitra 62 minnhom rebħu xi midalja tad-deheb. B’kollox intrebhu 539 midalja tad-deheb fi 22 dixxiplina.

Iċ-Ċerimonja tal-Għeluq saret mingħajr spettaturi għajr il-presenza ta’ madwar 2000 atleta u uffiċjali li kienu għadhom fil-kapitali Ġappuniża.

Il-Gvernatur ta’ Tokjo Yuriko Koike għaddiet il-bandiera tal-Logħob Paralimpiku lil Anne Hidalgo, sindku ta’ Pariġi li se tkun il-belt li torganizza l-Logħob fl-2024.