Fi tmiem il-ġimgħa t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-dsatax -il sena tal-volleyball temm fit-tielet post u rebaħ il-midalja tal-bronż fil-kampjonati Ewropej għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li nżammu fl-Iżlanda.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball kienet qed tieħu sehem f’dawn il-kampjonati wara ħames snin, bil-kontinġent Malti jkun imexxi mill-kowċ Stefan Decelis u Dr. Analisse Cassar, li hija t-team manager u uffiċjal tal-assoċjazzjoni.
F’dawn il-kampjonati kkompetew ukoll Ġibiltà u l-Gżejjer Faroe. Fil-finali għat-tielet post li saret il-Ħadd Malta għelbet lil Ġibiltà 3-0 filwaqt li kienu l-Iżlanda li rebħu dan it-tournament meta għelbu lil Gżejjer Faroe 3-2.
Fi stqarrija il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball Edward Gatt filwaqt li feraħ lill-kontinġent Malti, tenna li din il-parteċipazzjoni ma kinitx waħda faċli meta wieħed jiftakar l-isfidi ta’ bħalissa u l-fatt li l-assoċjazzjoni ilha ma tipparteċipa f’tournaments bħal dawn għal ħames snin. Hu rringrazzja wkoll lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti għall-appoġġ tagħhom fl-aħħar xhur.
Għal dan it-tournament it-tim Malti kien iffurmat minn: Anastasi Francesca, Barbara Joeline, Belzia Gaia, Bondin Paula, Bunce Casey, Busuttil Sophie Ann, Cardona Emma, Falzon Chantelle, Farrugia Paula, Fenech Klyona, Fitz Sara, Micallef Martina, Schembri Jennifer u Vassallo Nicole.
//= $special ?>