Pelé ddaħħal l-isptar f’San Paolo il-Brażil fejn ilu rikoverat sitt ijiem mingħajr ma ngħata aħbar dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu. Minkejja dan Pelé fuq il-midja soċjali qal li ddaħħal l-isptar għall-testijiet ta’ rutina iżda jidher li sa llum għadu jinżamm hemm.
L-eks player Brażiljan ta’ 80 sena jidher li nstabulu xi problemi waqt it-testijiet li kienu qed isirulu u b’hekk inżamm fl-isptar Albert Einstein.
Aktar tard matul il-jum Pelé qal li waqt it-testijiet li sarulu jidher li t-tobba ndunaw li kellu tumur u li dan tneħħa. Pelé kompla jgħid li se jagħmel ħiltu kollha biex jirkupra kemm jista’ jkun malajr u jkompli jgawdi l-ħajja flimkien mal-familja u l-ħbieb tiegħu.
//= $special ?>