Sport Sport Ieħor

Primoz Roglic jirbaħ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

It-tielet suċċess konsekuttiv għal Primoz Roglic tas-Slovenja f’La Vuelta wara l-aħħar prova kontra l-ħin li saret il-bierah.

B’dan is-suċċess sar it-tielet ċiklist li rebaħ it-Tour ta’ Spanja tlett darbiet wara Tony Rominger tal-Iżvizzera fl-1992 , 1993 u 1994 u Roberto Heras ta’ Spanja fl-2003, 2004 u 2005

Primoz Roglic ta’ Jumbo Visma rebaħ b’distakk ta’ 14 il-sekonda fuq Magnus Cort Nielsen fil-prova kontra l-ħin fuq medda ta’ 33 kilometru fil-21 stadju tat-Tour li ntemm f’Santiago de Compostela.

Il-vantaġġ ta’ 4 minuti 42 sekonda li biħ Roglic rebaħ La Vuelta kien l-akbar wieħed mill-1997

L-Ispanjol Enric Mas ta’ Movistar li fit-tellieqa kontra l-ħin kien issuperat minn Roglic, prova li Mas iddomina fl-Olimpijadi. Temm fit-tieni posizzjoni filwaqt li l-Awstraljan Jack Haig ta’ Bahrain Victorious spiċċa fit-tielet post.