Lejliet il-partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022, minn Grupp H it-tim nazzjonali Malti jilgħab partita oħra kontra r-Russja. Wara t-telfa minima kontra s-Slovenja u r-rebħa kbira fuq Ċipru, t-tim Malti se jkun qed jittama li jtemm l-impenji internazzjonali tiegħu b’riżultat u prestazzjoni pożittiva.
Waqt li kien qed jindirizza lill-midja, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal li t-tim Malti se jkun qed jaħdem biex itejjeb il-prestazzjoni tiegħu f’kull partita. Mangia tkellem dwar kif l-avversarji, biddlu lill-kowċ tagħhom u b’hekk bidlu anke l-istil ta’ kif jilagħbu. Mangia qal ukoll li għad hemm xi dubji fuq xi players jekk humiex se jkunu jistgħu jilagħbu fosthom fuq il-player ta’ Ħamrun Spartans Joseph Mbong. Mangia qal ukoll li minkejja li t-tim Malti tjieb fid-difiża, il-players Maltin jistgħu jkunu aħjar fl-attakk.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet indirizza lill-midja wkoll il-goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti Henry Bonello fejn qal li jekk il-players Maltin jemmnu fihom infushom ikunu kapaċi jiksbu r-riżultat mixtieq. Il-partita kontra r-Russja tintlagħab għada fid-8.45pm.
//= $special ?>