Formula 1 Sport

Valtteri Bottas se jissieħeb ma’ Alfa Romeo fl-istaġun li ġej

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Finlandiż Valtteri Bottas se jkun qed jissieħeb ma’ Alfa Romeo mingħand Mercedes fi tmiem l-istaġun fejn, jidher li issa George Russell se jkun qed jissieħeb ma’ Mercedes.

Bottas li għandu 32 sena se jkun qed jieħu post Kimi Raikkonen li se jkun qed jirtira fi tmiem l-istaġun. Bottas ilu għal dan l-aħħar ħames snin ma’ Mercedes. Jidher li d-diriġenti ta’ Mercedes użaw il-waqfa tas-sajf sabiex jieħdu deċiżjoni dwar il-futur ta’ Valtteri Bottas u anke biex jakkwistaw lil George Russell wara li mpressjona fit-tliet staġuni ma’ Williams.

Valtteri Bottas rebaħ disa’ tlielaq u kiseb 17-il pole position fi 92 tellieqa.