Lokali Qorti

22 xahar ħabs oħra għal bennej fuq serq ta’ għodda

Bennej ta’ 49 sena, li f’Jannar li g]adda ġie kundannat sentejn ħabs mill-Maġistrat Charmaine Galea wara li nstab ħati li seraq diversi għodod u oġġetti minn postijiet differenti ġie kkundannat 22 xahar ħabs oħra wara li ammetta għal reati simili oħra.

Robert Dimech dak inhar kien ammetta sitt akkużi li ġie mixli bihom fuq serq li sar bejn is-27 ta’ Deċembru, 2019, u s-17 ta’ Jannar 2020. Issa huwa ammetta erba’ akkużi oħra, waħda minnhom li sar riċediv. Huwa ma kienx qed iservi s-sentenza ta’ ħabs preċedenti, dik ta’ sentejn ħabs peress li kien appella mill-piena biex fit-8 ta’ Awwissu li għadda għall-ħabta ta’ bejn is-2,00pm. u d-9.00pm. fi Triq Ħal Qormi, Santa Venera seraq ta’ diversi oġġetti fosthom diversi biċċiet ta’ għodda liema serq huwa aggravat bil-mezz u valur, liema valur ma jeċċedix l-€2,329.37.

Huwa ammetta wkoll quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li għamel ħsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddieħor, mobbli jew immobbli, liema ħsara ma tiskorrix il-€250 u li daħal ġewwa prorprjetà ta’ ħaddieħor mingħajr ebda permess u dan biex jagħmel ħsara tas-sid u li wettaq vjolazzjoni oħra kontra l-proprjetà ta’ ħaddieħor;

Dimech kien seraq minn żewġ t’idjar f’Ħal-Qormi u oħra minn Ħal-Safi. Mill-provi rriżulta li fl-aħħat serqa kienet tikkonsisti f’chaser, mixer tat-tajn u vibrator tal-konkos. Mir-rapport li sar u mix-xhieda mogħtija mill-vitmma, jirriżulta li l-valur tat-tliet biċċiet għodda li seraq Dimech huma, iċ-chaser €284, il-mixer tat-tajn, €161 u vibrator tal-konkos – €190. Jirriżulta wkoll li bħala ħsara hemm spiża ta’ madwar €60 biex din tiġi rranġata.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat ordnat lill-ħati biex iħallas għal ħsara li għamel lil-vittma u tal-ispejjeż tal-Qorti. Dimech kien ammetta wkoll fil-każ preċedenti li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti b’sentenza sospiża fuq każ ieħor. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Andy Rotin filwaqt li l-Avukat Joe Brincat deher għal Dimech.