Ħafna edukaturi tkellmu mal-UPE dwar kif għadhom ma ġewx ikkuntattjati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex jiġu assenjati klassi għas-sena skolastika li ġejja.
Dan in-nuqqas jitfa’ ansjetà kbira u inċertezza fuq l-għalliema li jeħtieġu li jħejju pjanijiet għall-lezzjonijiet u riżorsi oħra sabiex jintużaw tul is-sena skolastika.
“Ma qalulniex liema klassi se ngħallmu, u issa rridu nippreparaw kollox matul il-jiem li ġejjin! Din l-ansjetà kollha kienet tkun evitata kieku il-Ministeru ppjanat minn qabel,” qal għalliem ta’ skola primarja.
Għalliem ieħor saħaq: “Is-sena l-oħra qalulna ġurnata jew tnejn qabel ma bdiet l-iskola u kkawżatli ansjetà kbira”. L-istess jista’ jingħad minn bosta LSEs li sal-lum ma ġewx avżati fejn se jkunu qed jaħdmu jew ma’ liema student se jiġu assenjati.
IL-UPE ma tistax tittollera dan il-livell ta’ diżorganizzazzjoni fil-Ministeru… aktar u aktar meta dan iġib tbatija bla bżonn lill-membri tagħha.
//= $special ?>