Lokali Qorti

Biżżejjed provi għal Yorgen Fenech biex jitqiegħed taħt att ta’ akkuża fuq ħasil ta’ flus

Il-qorti qalet li sabet biżżejjed evidenza prima facie biex Yorgen Fenech jitqiegħed taħt att ta’ akkuża, fuq ħasil ta ’flus. Fenech jinsab akkużat b’ħasil u misapproprjazzjoni ta’ fondi minn kumpanija li huwa għandu flimkien ma’ zijuh Ray Fenech.

Il-Maġistrat li qed tippresiedi l-każ, Donatella Frendo Dimech, it-Tnejn irrifjutat talba għal rikuża ppreżentata mill-avukati ta’ Yorgen Fenech hekk kif il-każ kompla t-Tlieta. Matul is-seduta tat-Tnejn, l-avukati tal-Fenech iddenunzjaw dak li ddeskrivew bħala ‘ġenn’ tal-prosekuzzjoni fuq dan il-każ li biex iressqu lill-klijent tagħhom hekk kif qorti semgħet akkużi ta’ ħasil ta’ flus kontrih bid-difiża tgħid li dan huwa każ nofsu moħmi.

Yorgen Fenech jinsab akkużat ukoll li organiżża l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizija fis-16 ta’ Ottubru tal-2017 fejn huwa għaddej kumpilazzjoni dwar dan quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello. Qed jiġi mixli wkoll li wkoll li ordna llegalment armi tan-nar u munizzjon fil-25 ta’ Novembru, online minn fuq darkweb.

Il-ka’ beda jinstema’ bil-magħluq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia nhar il-Ġimgħa li għadda. It-talba biex dan il-każ’ jinstema bil-magħluq saret mill-prosekuzzjoni minħabba s-sensittività tal-każ li għadu qed jiġi nvestigat. Din it-talba ma kellhiex oġġezzjoni mid-difiża.

Wara d-deċiżjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech il-Maġistrat Frendo Dimech iddikjarat ukoll li hemm biżżejjed provi fuq ħasil ta’ flus f’każ relatat biex Nicholas Cachia u missieru Joseph ukoll jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża, Għal Yorgen Fenech qegħdin jidhru l-Avukati Charles Merceica, Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran filwaqt li għal l-missier u ibnu Cachia qed jidher l-Avukat Stephen Tonna Lowell. Fiż-żewġ każijiiet il-kumpilazzjoni se tkompli fid-19 ta’ Ottubru.