Huma 41 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li kienu rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa.
Dan filwaqt li kienu 29 il-persuni li ġew irreġistrati bħala mfejqa mill-virus, u għaldaqstant il-każi attivi żdiedu bi 12 għal ammont totali ta’ 722.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar ukoll li 29 pazjent jinsabu rikoverati l-Isptar Mater Dei hekk kif qed jirċievu l-kura waqt li huma pożittivi bil-virus, bi 2 minnhom qed jingħataw l-kura fl-ITU.
Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata ebda mewta fil-Gżejjer Maltin kawża tal-Covid-19 wara li fi tlett ijiem preċedenti tħabbru 4 imwiet fosthom raġel ta’ 41 sena.
B’hekk it-total ta’ imwiet għadu qed jammonta għal 445.
//= $special ?>