Futbol Sport

Cristiano Ronaldo lura f’Manchester

Aktar kmieni Cristiano Ronaldo rritorna f’Manchester għall-ewwel darba wara t-trasferiment tiegħu mingħand Juventus. Ronaldo rritorna wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, permezz taż-żewġ gowls tiegħu kontra l-Irlanda, hu qabeż lil Ali Daei bħala l-aktar plejer li skorja gowls fil-futbol internazzjonali, b’111-il gowl.

Ronaldo iltaqa’ mal-kowċ Ole Gunner Solskjaer filwaqt li mistenni jkollu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ mal-kumplament tal-plejers f’Carrington. Manchester United mistennija jħallsu €15miljun maqsuma fuq ħames snin. Ronaldo ingħata permess biex iħalli l-iskwadra Portugiża hekk kif hu sospiż għall-partita ta’ llejla kontra l-Azerbaijan.