Is-seed numru wieħed kellu jissielet mhux ftit biex għeleb lil wildcard Amerikan Jenson Brooksby biex għadda għall-kwarti finali fl-Istati Uniti. Is-Serbjan rkupra l-ewwel sett biex rebaħ 1-6 6-3 6-2 6-2. Djokovic issa jiltaqa’ kontra l-finalist ta’ Wimbledon Matteo Berrettini għal post fis-semi finali fi New York. Djokovic jinsab tliet rebħiet ‘il bogħod milli jirbaħ l-erba’ Grand Slams tas-sena, rekord li s’issa għadu ma wettqu ħadd.
Mill-kategorija tan-nisa iż-żagħżugħa Ingliża Emma Raducanu kompliet bil-forma mill-aqwa f’dan it-turnament hekk kif għelbet lil Shelby Rodgers u għamlitha għall-kwarti finali. It-tennista ta’ 18-il sena għadha ma tilfitx sett fi New York hekk kif għelbet lil Rodgers 6-2 6-1, fl-aqwa logħba tal-karriera tagħha. Fir-round li jmiss issa tiltaqa’ kontra ir-rebbieħa tal-Olimpjadi Belinda Bencic
//= $special ?>