Il-pajjiż Latin Amerikan ta’ El Salvador sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed jaċċetta l-Bitcoin bħala ‘karti u muniti’ ta’ flus legali – b’dan il-pass qed jiġġenera livell ta’ biża’ fost il-poplu kif ukoll ‘interess kbir f’kif se jiżvolġu l-affarijiet’.
Fil-fatt, il-poplu Salvadoren – l-istess bħall-bqija tad-dinja – illum qed jiddibatti ‘aktar minn qabel’ l-opportunitajiet u perikli tal-cryptocurrency.
Intant, in-negozji u l-istabbilimenti kummerċjali f’El Salvador, minn issa ‘il quddiem, se jkunu obbligati biex, safejn possibbli, jaċċettaw il-muniti diġitali kontroversjali bħala ħlas dovut.
Mistenni wkoll li miljuni ta’ nies jagħmlu ‘downloading’ tal-wallet app diġitali ġdid tal-Gvern li, fl-istess ħin, qed jagħti l-ekwivalenti ta’ 25 ewro lil kull ċittadin f’El Salvador.
Is-sostenituri tal-Bitcoin madwar id-dinja, intant, qegħdin jixtru l-muniti diġitali bħala wirja ta’ appoġġ u biex jistimolaw il-valur ta’ dan il-kambju li jibqa’ espost għal ‘kwalunkwe ċirkustanza’.
//= $special ?>