Futbol Sport

Frank Ribery jissieħeb lil Salernitana

Il-midfielder ta’ 38 sena Frank Ribery issieħeb lil Salernitana fis-Serie A wara li kien mingħajr club fis-suq ta’ trasferimenti. Ribery iffirma kuntratt ta’ sentejn mal-club neo-promoss, hekk kif tilfu ż-żewġ partiti tagħhom fis-Serie A. Fl-aħħar żewġ staġuni Ribery lagħab ma’ Fiorentina, fejn minkejja li jinsab lejn l-aħħar snin tal-karriera tiegħu, hu jħoss li fadallu aktar x’juri, filwaqt li saħaq li jinsab f’kunizzjoni fiżika tajba.

L-eks internazzjonali Franċiż, qatta’ 12-il sena ma’ Bayern Munich, fejn fost l-oħrajn rebaħ disa’ darbiet il-Bundesliga kif ukoll iċ-Champions League, qabel issieħeb lil Fiorentina fl-2019.

Ikkummenta