Formula 1 Sport

George Russell ikkonfermat sewwieq ta’ Mercedes flimkien ma’ Lewis Hamilton

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Williams George Russell kien ikkonfermat bħala sewwieq ta’ Mercedes għall-istaġun li ġej, flimkien mas-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton. B’hekk Russell se jieħu post Valteri Bottas li aktar kmieni ħabbar li se jingħaqad ma’ Alpha Romeo għall-istaġun 2022/2023. Russell li għandu 23 sena, ilu sewwieq ta’ Mercedes fil-livell taż-żgħażagħ sa mill-2017, fejn issa se jkollu ċ-ċans jirrappreżentahom fil-Formula 1.

B’hekk Mercedes se jkollhom żewġ sewwieqa Ingliżi, l-ewwel darba għal Formula 1 sa mill-2009, meta Hamilton u Jenson Button kienu ma’ McLaren.