Żagħżugħ ta’ 24 sena kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li t-Tlieta filgħodu spiċċa jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn għoli.
Il-każ seħħ ftit wara d-9.00 ta’ filgħodu fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far meta għal xi raġuni l-ħaddiem, li huwa mis-Somalja, waqa’ minn fuq container tal-merkanzija.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>