Il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, spiċċa ssuttat bil-ġebel żgħar waqt li kien qed jikkonkludi rally f’London (Ontario) bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Liberali taċ-ċentru-xellug. L-inċident seħħ jiem wara li Trudeau sejjaħ elezzjoni bikrija bit-tama lil-Liberali jikkonsolidaw Gvern tal-maġġoranza – b’dan il-prospett qed jidher dejjem pjuttost dubjuż.
L-attakk bil-ġebel seħħ waqt li Trudeau kien qed jirritorna lejn ix-xarabank li qed juża għall-kampanja, bir-rapporti jgħidu li ‘il-Prim Ministru ma weġġax fl-inċident’.
Il-kampanja ta’ Trudeau spiċċat imħarbta mid-dimostrazzjonijiet ta’ protesta dwar il-mandati tal-Gvern relatati għall-vaċċini ta’ kontra l-Covid-19 u restrizzjonijiet oħrajn għall-poplu. Fil-fatt, ftit aktar minn ġimgħa ilu, il-Prim Ministru Kanadiż kellu jħassar rally elettorali minħabba ‘il-pressjoni u antagoniżmu’ ta’ folla rrabjata.
Il-pjani ta’ Trudeau rigward il-‘mandati tal-vaċċini’ saru issue ewlenija qabel l-elezzjoni fil-Kanada li se ssir fl-20 ta’ Settembru. Dan meta l-Gvern ħabbar li l-ħaddiema kollha maċ-ċivil iridu jingħataw it-tilqima kontra l-Covid sal-aħħar ta’ Ottubru inkella jissugraw li jitilfu xogholhom. Il-passiġġieri li jaqbdu t-titijriet kummerċjali jew il-ferroviji li jivvjaġġaw bejn il-provinċji Kanadiżi wkoll iridu jkunu vaċċinati biex jużaw dawn il-mezzi tat-trasport partikulari.
//= $special ?>