Il-lukandi li jintuzaw ghall-kwarantina, u li fihom qed jintbgħatu persuni li jaslu minn barra l-pajjiż…. verament li huma mimlija? U jekk iva, x’qed jiġri minn dawn il-persuni?
Hekk staqsa Net News f’email li bagħat lil Ministeru tas-Saħħa u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – email li minkejja li għaddew diversi ġranet minn meta ntbgħatet, għadha ma ġietx imwieġba. U li tkompli zzid is-suspetti dwar is-sitwazzjoni vera f’dawn il-lukandi.
Skont informazzjoni li waslet għand Net News, dawn il-lukandi li jintuzaw ghall-kwarantina…u li diversi persuni qed jintalbu jmorru fihom hekk kif jaslu fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta …spiccaw mimlija, u ma kienx hemm aktar kmamar disponibbli.
Biex taghmel din il-kwarantina trid thallas mal-€1,400 – ammont ta’ flus li xi nies lanqas jaqbduh f’xahar, meta ħafna jistgħu jagħmlu kwarantina fid-dar privata tagħhom.
Iżda issa, il-problemi donnhom żdiedu. Għaliex hemm diffikulta’ oħra; b’rapporti li waslu għand dan l-istazzjon jindikaw li xi nies – minħabba li l-lukandi tal-kwarantina huma mimlijin – kellhom jintbagħtu lura.
Ovjament, għat-turisti hija sitwazzjoni li toħloq inkonvenjent kbir…għaliex ikollhom jaqbdu l-ewwel titjira disponibbli, u jsiefru lura. Iżda agħar minn hekk, inkonvenjent għar-residenti Maltin li ħafna minnhom tħallew fil-għama dwar dan kollu.
Net News prova jistaqsi għal aktar informazzjoni dwar din is-sitwazzjoni.. iżda s’issa ma waslet ebda kjarifika minn naħa tal-Gvern.
//= $special ?>