Lokali

Imfakkra l-ġimgħa għall-għarfien dwar is-suwiċidju

Imfakkra l-ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar is-suwiċidju… it-tieni l-aktar kawża li twassal għal mewt f’dawk li ghandhom bejn il-15 u l-40 sena..

Ufficjalment, l-10 ta’ Settembru hija l-ġurnata dinjija dedikata ghall-prevenzjoni tas-suwiċidju. Iżda fil-prattika, l-esperti jiddedikaw din il-gimgha kollha biex ikabbru l-gharfien.

Net News tkellem mal-psikjatra Mark Xuereb, li stqarr magħna x’inhu l-messaġġ li joħrog minn din il-ġimgħa.

Il-ġimgħa nazzjonali ghall-prevenzjoni kontra s-suwiċidju qedgħa hemm għaliex il-ħajja hija rigal, u għandna niċċelebrawha. Għalhekk m’għandniex inħallu dan is-suġġett taħt it-tapit, għaliex inkellha nkunu qed inħallu il-problemi jkomplu jikbru.

Il-psikjatra Mark Xuereb wassal ukoll messaġġ għal dawk kollha li għaddejin minn żmien diffiċli