RUSSJA ………….. 2
MALTA ………….. 0
Russja: Guilherme, D.Kuzyaev, I.Diveev, M.Osipenko, V.Karavaev, A.Yerokhin (R.Zobnin 46′), D.Barinov, A.Miranchuk (I.Samoshnikov 58′), A.Ionov (R.Zhemaletdinov 79′), F.Smolov (A.Zabolotny 71′), A.Zakharyan (Z.Bakaev 46′)
Malta: H.Bonello, Z.Muscat, A.Agius (K.Shaw 86′), S.Borg, C.Attard (S.Dimech 75′), S.Pisani (T.Caruana 66′), T.Teuma (N.Muscat 86′), R.Camenzuli, J.Mbong, P.Mbong, L.Montebello (A.Satariano 66′)
Referee: A.Palabiyik
Fl-Otkrytiye Arena f’Moska, it-tim Malti ġarrab telfa ta’ 2-0. Fis-sitt partita minn Grupp H ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-DInja tal-2022, ir-Russja żammew posthom fl-ewwel post tal-Grupp flimkien mal-Kroazja bi 13-il punt filwaqt li t-tim Malti baqa’ fil-ħames post b’4 punti.
Fl-ewwel taqsima il-logħob kien maqsum bejn iż-żewġ timijiet, b’ritmu relattivament kajman, bil-ballun jintlagħab f’nofs il-grawnd. Minkejja dan ir-Russi marru fil-vantaġġ fil-vantaġġ fl-10 minta meta wara żball difensiv, kien Feder Smolov li approfitta u tefa’ l-ballun wara Henry Bonello għal 1-0. Minkejja li ftit li xejn kellhom azzjonijiet perikolużi, it-tim Malti żamm tajjeb il-pusses tal-ballun bir-Russi ftit li xejn jersqu lejn il-lasti Maltin. Madanakollu Malta kienu viċin il-gowl tad-draw fl-44 minuta meta minn żball difensiv approfitta Luke Montebello, li b’xutt tajjeb qabbeż minn fuq il-goalkeeper Russu, bil-ballun jgħaddi ftit barra. Biex b’hekk l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur ir-Russi.
Fit-tieni taqsima il-partita żammet l-istess ritmu bil-Malti ikunu xi ftit aktar offensivi. Malta resqu viċin il-gowl tad-draw fl-54 minuta meta wara azzjoni maħduma tajba il-konklużjoni ta’ Joseph Mbong kienet salvata tajba mill-goalkeeper Guilherme. Fil-75 minuta, Henry Bonello ma laħaqx il-pass ta’ Zach Muscat, bil-ballun jibqa’ sejjer barra għal corner.Ir-Russi skorjaw it-tieni gowl tagħhom fl-84 minuta meta r-referee ordna penalty dubjuż favur ir-Russja, hekk kif il-ballun deher jaħbet ma’ idejn Ryan Camenzuli. Mill-ħdax-il metru Zelimkhan Bakaev ma’ żabljax għal skor finali ta’ 2-0.
//= $special ?>