Lokali Qorti

Jinżammu l-ħabs wara ġlieda bil-flixken f’San Pawl il-Baħar b’raġel jispiċċa b’daru mfarka

Ġlieda kbira bil-flixken f’San Pawl il-Baħar nhar il-Ħadd li għadda bejn diversi Kroati wasslet biex wieħed jispiċċa l-isptar u żewġ Kroati l-Qorti u wara eskortati lejn il-ħabs. Wieħed mill-irġiel li tressqu l-Qorti allegatament wara l-ġlieda mar fid-dar tal-vittma u allegatament kisser kull ma sab quddiemu.

Lalic Ugljesa ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar u Lalic Davorin ta’ 42 sene li joqgħod Ħal Qormi ġew mixlija quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li fil- 5 ta’ Settembru 2021 għal ħabta tal- 10:30pm. fi’ Triq il-Ħalel, San Pawl il- Baħar, mingħajr il- ħsieb li joqtlu jew li jqiegħdu il-ġajja ta’ Milan Panic f’periklu ċar, ikkaġunawlu hsara fil-ġisem jew fis-sahha, liema ħsara hija ta’ natura ħafifa.

Huwa ġew akkużati li fid-data, lok, ħin u ċirkustanzi kisru il-mistrieħ tan- nies bi ħsejjes jew għajjat u ġlied u li kienu fi’ stat ta’ sakra b’mod li ma setgħux jieħdu ħsieb tieghu lilhom nfushom. Lalic Ugljesa waħdu ġie akkużat li dak inhar stess għal ħabta tal-11:30pm. fi’ Triq it- Tamar San Pawl il- Bahar,  ikkaġuna ħsara volontarja fuq il- propjeta ta’ terzi, bil- hsara tammonta għal aktar minn 2,500 ewro,

Fil-fatt allegatament Ugljesa wara il-ġlieda mar ġewwa l-flat tal- vittma fil-Qawra u kissirlu kull ma kien hemm ġewwa, fosthom għamara, fridges, televisions u kull ma sab. L- akkuzati gew arrestati mil-pulizija tad-distrett kmieni nhar is 6 ta Settembru fil-lejl ta’ wara l- aggressjoni.

It- tnejn wiegbu mhux ħatja tal- akkużi miġjubin kontrihom u ma ingħatawx il- helsin mill-arrest. L-Avukat tal-għajnuna legali Josete Sultana deheret għall-akkużati. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.