Edukazzjoni Lokali

“L-affarijiet setgħu tħaffu aktar” – MUT

Wara jiem twal ta’ stennija, il-Ministeru tal-Edukazzjoni llum ħareġ il-protokolli dwar il-ftuħ tal-iskejjel – li s-sena li għaddiet dawn ħarġu fit-2 ta’ Settembru. Din is-sena, jiġifieri, diġà qegħdin ħamest ijiem aktar tard.

Fi stqarrija, l-MUT qalet illi wieħed kien jistenna li la din kienet kwistjoni ta’ emendi fuq il-protokoll tas-sena l-oħra, l-affarijiet setgħu tħaffu aktar.

Ix-xogħol tal-MUT issa ser ikun fuq l-implimentazzjoni, partikolarment dwar kjarifiċi u problemi li jistgħu jinħolqu fuq livell prattiku. L-MUT ser tkun qed tanalizza dal-protokoll u t-tibdil fuq is-sena li għaddiet ħalli permezz tat-taħdidiet mas-setturi kollha, inkluż mal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti, jiġu identifikati u jissolvew kwistjonijiet li l-protokoll ser ikun qiegħed joħloq.

L-edukaturi għandhom bżonn is-serħan tal-moħħ, qalet l-MUT, ħalli jkunu jistgħu jippjanaw mill-aktar fis ix-xogħol tagħhom, ġaladarba ma setgħux jagħmlu dan qabel ma jkunu jafu x’ser ikun qiegħed jiġri.

Ikkummenta