Festi Lokali

Mitt sena mill-inkurunazzjoni tax-xbieha qaddisa ta’ Marija Bambina tal-Isla

Is-Sengleani qed jiċċelebraw iċ-ċentenarju minn mindu x-xbiha qaddisa ta’ Marija Bambina ġiet mgħonija b’kuruna tad-deheb imsebbħa f’ħaġar prezzjuż fuq rasha.

Ċerimonja li saret fl-4 ta’ Settembru tal-1921 u li bdiet b’purċissjoni mill-bażilika sax-xatt u dakinhar ukoll, din il-Knisja tal-Isla ingħatat it-titlu ta’ Bażilika minuri.

Illum, lejliet il-Festa ta’ Marija Bambina, l-Arċisqof ta’ Malta il-Monsinjur Charles J Scicluna mexxa pontifikal propju fil-Bażilika tal-Isla.

L-Arċisqof mistenni jmexxi pontifikal ieħor fl-istess Bażilika għada filgħodu fid-9.30am.