Lokali

Ħaddiem bi ġrieħi gravi wara li nqabad bejn trailer u makkinarju

Taljan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol f’Birkirkara.

Il-każ seħħ fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 56 sena, residenti BIrkirkara stess, inqabad bejn trailer u makkinarju li kien qed iħaddem.

Fil-post ġie msejjaġ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.